Saturday, December 21, 2024

113-il serqa mill-Mater Dei u l-isptar tal-kanċer

Aqra wkoll

Bejn l-2017 u l-2019 saru 113-il serqa mill-isptarijiet Mater Dei u Sir Anthony Mamo

Is-serqiet saru mill-iswali fejn kien hemm il-pazjenti, mir-‘reception areas’, mill-‘staff rooms’, mid-dipartimenti tal-Outpatients u d- Dentistrija, mid-Daycare u mit-teatri.

Kien hemm ukoll serqa mill-Isptar Monte Carmeli u 15 oħra miċ-ċentri tas-saħħa tal-Furjana, Mosta, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Bormla u Birkirkara.

L-oġġetti misruqa kienu jinkludu kartieri, flus, telefons ċellulari, ħwejjeġ, siġġijiet tar-roti, magni taz-zokkor, magna tal-pressjoni elettronika, ‘stethoscopes’, laned taż-żibel, ‘sandwich toaster’, arloġġi, ċrieket, ‘laptops’, żraben, ġugarelli tat-tfal u anke ramm minn sistema li tilqa’ għas-sajjetti.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta din l-informazzjoni fil-Parlament għal domanda tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.

Ekonomija

Sport