In-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li għandhom carer id-dar u li qed jagħmlu użu mill-iskema ‘Carer at Home’ huwa ta’ 1,141. F’Malta hemm 992 u f’Għawdex hemm 149 anzjan li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.