Monday, May 13, 2024

116-il inċident tat-traffiku f’Għawdex fl-2023 li fihom persuni sofrew xi ġrieħi

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet f’Għawdex seħħew 116-il inċident tat-traffiku li fihom kien hemm persuni li sofrew xi ġrieħi u għalhekk kellhom jiddaħlu l-Isptar.

Dan intqal mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Chris Said.

Il-Ministru Camilleri qal li matul is-sena li għaddiet f’Għawdex ma kienx hemm l-ebda fatilità fl-ebda inċident tat-traffiku.

L-akbar ammont ta’ inċidenti tat-traffiku li fihom persuni sofrew ġrieħi seħħew fir-Rabat Għawdex fejn ġew irraportati 37 inċident tat-traffiku lill-pulizija.

Wara kien hemm ix-Xewkija fejn seħħew 15-il inċident tat-traffiku li fihom persuna jew persuni kellhom jingħataw il-kura filwaqt lit-tielet lokalitża li fiha kien hemm inċidenti tat-traffiku kien in-Nadur fejn b’kollox seħħew 14-il inċident.

Fl-istess sena fil-Fontana, Munxar u f’San Lawrenz seħħ inċident wieħed biss f’kull lokalità li fihom persuni kellhom jiddaħlu għal kura l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Sport