Thursday, December 26, 2024

12-il abbati Għawdxi b’udjenza ma’ Papa Franġisku

Għal xi żmien se jkunu qegħdin iservu l-artali tal-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma

Aqra wkoll

Grupp ta’ 12-il abbati Għawdxi kellhom l-opportunità li jkollhom udejnza ma’ Papa Franġisku hekk kif bħalissa qegħdin iservu l-artali tal-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma.

Ta’ kull sena d-Djoċesi t’Għawdex tagħti opportunità lil grupp ta’ abbatini minn madwar il-gżira biex jgħinu fil-quddies fil-Vatikan.

Is-Sibt li għadda, fil-Cappella del Coro tal-Bażilika ta’ San Pietru, saret il-Vestizzjoni tagħhom li tmexxiet mill-Kardinal Mario Grech fil-preżenza tal-ġenituri u l-familjari ta’ dawn l-istess abbatini u anki tat-tliet saċerdoti li qed jakkumpanjawhom, Dun Krystof Buttigieg, Dun Noel Debono u Dun Michael Curmi.

Ekonomija

Sport