12-il adult ilbieraħ irċivew is-sagramenti waqt il-Vġili tal-Għid minn idejn l-Arċisqof Charles Scicluna liema vġili saru fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-persuni adulti rċivew il-magħmudija, il-griżma tal-Isqof u anke t-tqarbin biex b’hekk saru membri tal-Knisja Kattolika. L-Insara l-ġodda huma minn Malta, iċ‑Ċina, it-Turkija, il-Latvija, l-Ingilterra, Franza, in-Nepal u l-Albanija.

Fl-omelija, l-Arċisqof stedinna nitolbu biex il-grazzja ta’ dan il-lejl qaddis “tkun għal pajjiżna, għad-dinja, ħolqien ġdid, stedina biex aħna nibdew mill-ġdid. Ilkoll kemm aħna qegħdin fl-istorja ta’ ħajjitna f’mument partikolari. Il-Mulej qiegħed jistedinna biex ma naqtgħux qalbna, nimtlew bit-tama”.
