Saturday, November 23, 2024

12-il kaċċatur u nassab imħarrka matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa; Wieħed mill-kaċċaturi mħarrek darbtejn!

Aqra wkoll

Matul l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa l-Pulizija mis-Sezzjoni tal-Infurzar tal-Liġi Amministrattiva (ALE) ħarket 12-il-kaċċatur dwar kaċċa llegali. Madankollu b’kollox ħarġet 13-il taħrika meta kaċċatur inqabad darbtejn iwettaq illegalitajiet f’jiem differenti. Il-Pulizija ħarrket ukoll persuna li nqabad jonsob

B’kollox, fil-perjodu ta’ dan l-istaġun, mal-50 Pulizija wettqu 2,241 spezzjoni f’diversi lokalitajiet. It-taħrikiet li nħarġu mill-Pulizija huwa iktar min-numru ta’ taħrikiet li nħarġu fis-sentejn ta’ qabel flimkien. It-taħrikiet li nħarġu din is-sena kienu għall-kaċċa mingħajr liċenzja valida tal-kaċċa tar-Rebbiegħa; kaċċa fuq gamiem; kaċċa wara l-ħinijiet stabbiliti bil-liġi; kif ukoll kien hemm min inqabad jikkaċċja b’liċenzja sospiża u kaċċa meta l-istaġun kien magħluq.  

Matul l-istaġun tal-Kaċċa tar-Rebbiegħa ta’ din is-sena, il-Pulizija kkonfiskaw 13-il senter tal-kaċċa, xbieki għall-insib, u anke birdcallers. Il-Pulizija tal-ALE rċevew ukoll diversi rapport minn NGOs li qegħdin jiġu investigati. Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija kienu assistiti minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. 

Fost l-arresti li saru b’rabta ma’ kaċċa llegali, fit-23 ta’ April, 2020, il-Pulizija tal-ALE, assistiti mill-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit żammew raġel ta’ 32 sena, wara rapport li fl-inħawi taż-Żebbiegħ, fl-Imġarr, ġew sparati tiri immirati lejn ċikonja sewda, li hija tajra protetta. Waqt l-arrest tiegħu, fil-karozza, instabet arma tan-nar immodifikata, li kienet ikkargata u moħbija f’kompartament wara s-seat. Ir-raġel tressaq il-Qorti l-għada.  

Ta’ min isemmi li l-Pulizija tal-ALE, fl-aħħar ġimgħat, minn meta faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 f’pajjiżna, kienu wkoll impenjati jidħlu l-ispezzjonijiet tal-kwarantina mandatorja u fl-istess ħin involuti fl-infurzar tan-numru ta’ persuni fi spazji pubbliċi.

Sport