Suċċess mill-Pulizija Kanadiża dovut għal informazzjoni minn Malta
Wara l-qabdiet li għamlet fil-jiem li għaddew ta’ karozzi misruqa, id-Dwana ta’ Malta reġa’ għal darba rnexxielha tinterċetta u tikkonfiska tnax-il vettura li lkoll oriġinaw minn serq fil-Kanada. Fil-fatt, b’kollox id-Dwana qabdet u kkonfiskat s’issa 24 minn dawn il-karozzi li waslu f’kontejner fil-Freeport.
Id-Dwana ta’ Malta flimkien mal-Pulizija kienu strumentali biex l-awtoritajiet Kanadiżi waslu biex arrestaw diveri persuni b’rabta ma dan it-traffiku ta’ karozzi misruqa. Fattur komuni f’dan is-serq huwa l-fatt li l-vetturi kollha kienu destinati għal Abu Dhabi.
L-Aġenzija Kanadiża għas-Servizz tal-Fruntieri rnexxielha tidentifika grupp organizzat ta’ kriminali wara diversi tfittixijiet li għamlet biex wasslet għall-arrerstati ta’ bosta petrsuni. Dawn l-arrresti waslet għalihom permezz ta’ informazzjoni dokumentata li pprovdiet id-Dwana, li kkonfermat illi l-karozzi maqbuda kienu dawk misruqa.