Friday, September 20, 2024

12,000 ruħ jieħdu t-tilqima tal-influwenza fl-ewwel tlett ijiem

Aqra wkoll

Fl-ewwel tlett ijiem li t-tilqima tal-influwenza bdiet tingħata f’pajjiżna, diġà kien hemm 12,000 ruħ li aċċettaw din l-istedina.

Dan hekk kif minn din il-ġimgħa t-tilqima tal-influwenza bdiet tingħata lil persuni li għandhom ‘il fuq minn 55 sena, kif ukoll dawk li għandhom ‘il fuq minn tnax-il sena u jbatu minn mard kroniku.

Dawn iċ-ċifri ġew imħabbra mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.

It-tilqima qed tingħata fiċ-ċentri tas-saħħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-10a.m. u 7p.m.

Id-Deputat Prim Ministru qal ukoll li mis-Sibt se jibda t-tilqim tal-influwenza għat-tfal miċ-Ċentri tas-Saħħa.

Sport