Friday, May 23, 2025

12,000 student u 1,600 edukatur iżuru l-Public Service Expo Village 25

Aqra wkoll

Il-Public Service Expo Village 25 li qed isir ġewwa l-MFCC, Ta’ Qali, f’dawn il-jumejn laqa’ fi ħdanu madwar 12,000 student u 1,600 eduktaur li kollha kemm huma setgħu jsegwu mill-qrib kif l-amministrazzjoni pubblika taffettwahom fil-ħajja ta’ kuljum.

Fost dawn l-istudenti kien hemm madwar 800 student li ġew minn Għawdex. Il-bqija kienu minn skejjel differenti minn kull rokna ta’ Malta inklużi skejjel statali, tal-Knisja u privati.

L-istudenti kellhom ċans iżuru l-istands kollha tal-ministeri, kif ukoll isegwu attivitajiet varji li qed isiru fil-picnic area f’Ta Qali. Ħafna mit-tfal urew ix-xewqa li anke huma la jikbru, jissieħbu fl-amministrazzjoni pubblika u jfittxu karriera li tagħtihom sodisfazzjon. 

Apparti tours speċjalizzati fl-Expo, l-istudenti ngħataw ukoll tifkiriet u merchandise tal-okkażjoni. Huma se jkunu qed iħeġġu lill-ġenituri biex jerġgħu jattendu magħhom fi tmiem il-ġimgħa. 

Fi tmiem din il-ġimgħa, il-Public Service Expo Village jibqa’ miftuħ ukoll.

Id-dħul għall-pubbliku huwa b’xejn u se jkun min-North Entrance tal-MFCC fejn hemm spazju kbir allokat għall-parkeġġ. Kull min jipparkja iktar ’il bogħod jista’ jutilizza s-servizz ta’ shuttle Service Bus kif ukoll servizzi ta’ Silver T.

Huwa rakkomandat li kull min se jżur l-Expo jirreġistra minn qabel minn fuq https://pseregistration.gov.mt/registrazzjoni/ ħalli jiggwadanja passaġġ mill-fast lane.

Kull min jixtieq aktar tagħrif dwar il-Public Service Expo Village għandu jsegwi l-paġni soċjali tas-Servizz Pubbliku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport