Friday, December 13, 2024

Formula 1: Carlos Sainz jikseb l-ewwel pole position tal-karriera tiegħu

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-Formula Wieħed,  l-Ispanjol, Carlos Sainz Jr (Ferrari), kiseb l-ewwel pole position tal-karriera tiegħu meta fil-provi uffiċjali tal-Britannja, fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone, kiseb l-aħjar ħin, dak ta’ minuta u 40.983 sekondi. 

Huwa għamel f’dan xita kontinwa fejn għeleb lill-kollega tiegħu, Charles Leclerc, ta’ Monaco li kellu jikkuntenta bit-tielet pożizzjoni. 

Mit-tieni pożizzjoni se jibda ċ-champion renjanti u l-leader attwali, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull).  Mir-raba’ post se jibda l-Messikan Sergio Perez (Red Bull) segwit miż-żewġ Britanniċi Lewis Hamilton (Mercedes) u Lando Norris (McLaren).  

Verstappen qed jillidja l-klassifika ġene­rali b’175 punt, segwit minn Perez (129) u Lec­lerc (126). 

Ekonomija

Sport