Saturday, October 26, 2024

125 każ ġdid ta’ Covid-19; Jirkupraw 89 persuna

Aqra wkoll

Mit-3,285 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 125 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt il-Ministeru għas-Saħħa qal li rkupraw 89 persuna.

Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna kompla tiela’ għal 1,880.

Intant bil-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi reġistrati lbieraħ kien hemm 46 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-virus wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom li diġà huwa pożittiv għall-Covid-19, sitt każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni diġà pożittivi, każ mill-cluster ta’ Paceville, u każ li kien importat.

Bin-numru ta’ swab tests li saru lbieraħ, l-awtoritajiet wettqu 317,904 swab test sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna.

Sport