Saturday, December 21, 2024

1,262 kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà f’Novembru b’valur ta’ €295M

Aqra wkoll

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li matul Novembru li għadda saru 1,262 kuntratt ta’ bejgħ ta’ propjetà b’valur ta’ €295.3 miljun.

L-NSO qal fi stqarrija li 10% tal-propjetà li bidlet l-idejn f’Novembru, inxtrat minn kumpaniji.

Fl-istess perjodu, kien irreġistrat tnaqqis ta’ 5.1% fil-kuntratti ta’ bejgħ ta’ propjetà residenzjali u 0.8% inqas fil-valur meta mqabbel ma’ Novembru tas-sena li għaddiet. Il-konvenji fuq propjetajiet residenzjali wkoll naqsu b’7.6%.

F’Għawdex saru l-akbar numru ta’ kuntratti saru fuq propjetajiet fejn inbiegħu 202, kif ukoll fiż-żona minn Ħaż-Żabbar u Marsaxlokk saż-Żejtun fejn inbiegħu 144. L-inqas numru ta’ propjetajiet mibjugħa huma fil-Kottonera, u fiż-żona ċentrali li tiġbor fiha r-Rabat, it-Tliet Irħula u Birkirkara fejn inbiegħu total ta’ 57 propjetà.

Skont l-NSO, l-informazzjoni ppubblikata hija provviżorja u tiġbor fiha biss tranżazzjonijiet ibbażati fuq id-data tar-reġistrazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli mill-ġbir tat-taxxa.

Ekonomija

Sport