Thursday, December 26, 2024

1,295 student jużaw is-servizz tal-counselling fl-iskejjel

Aqra wkoll

Fis-sena skolastika 2023 u 2024 kien hemm 1,295 student li għamlu użu mis-servizz tal-counselling fl-iskejjel. Dan intqal fil-Parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Il-Ministru Grima qal li L-istudenti fittxew l-għajnuna tal-professjonisti għal numru ta’ diffikultajiet fosthom, Ġenituri li qed jisseparaw; identità tal-ġeneru; Self-harm u suicidal ideation; Tilwim mal-ħbieb, Problemi ta’ saħħa mentali; Telfien ta’ xi ħadd jew annimal għażiż; Stress u ansjetà; Trauma; Ibbuljar; Issues serji ta’ ħarsien tat-tfal; Vjolenza domestika; Immaniġġar ta’ rabja.

Fil-Parlament il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ta informazzjoni dwar l-etajiet ta’ dawn l-istudenti fejn il-maġġoranza tagħhom kellha 17-il sena u aktar.

Fl-età ta’ 4 snin kien hemm 18-il student li ngħataw dawn is-servizz filwaqt li fl-età ta’ ħames snin li jfisser fis-sena tal-Kinder 2 kien hemm 21 tifel u tifla.

Imbgħad fl-ewwel sena tal-Primarja li jfisser li l-istudenti jkollhom 6 snin kien hemm 41 każ filwaqt li fl-età ta’ 7 snin ken hemm 67 li ħadu dan is-servizz.

Fit-3 sena u fir-4 sena tal-Primarja kien hemm 101 każ u 112-il każ rispettivament filwaqt li tfal li kellhom għaxar snin u ħadu dan is-servizz kien hemm 116.

Fis-sitt sena tal-Primarja kien hemm 158 tifel u tifla filwaqt li fl-ewwel sena tas-sekondarja kien hemm 90 tifel u tifla.

Fit-2, it-3 u r-4 sena tal-iskola sekondarja kien hemm 153 ,90 u 64 każ ta’ tifel u tifla li ngħataw dan is-servizz. Fl-aħħar sena tas-sekondarja fejn it-tfal ikollhom 16-il sena kien hemm 57 student u studenta li ħadu s-servizz ta’ tal-counselling fl-iskejjel.

Studenti li kellhom 17-il sena u aktar kien hemm 207 li għamlu użu minn dan is-servizz b’xejn li joffri l-Gvern u l-iskejjel.

Ekonomija

Sport