Wednesday, November 27, 2024

13-il avukat ġdid jingħataw il-warrant

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis ippreżenta l-warrants lil 13-il avukat ġdid wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali.

Il-Ministru Zammit Lewis awgura lill-avukati l-ġodda filwaqt li saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin. Qal ukoll li għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà u b’rispett sħiħ lejn il-kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll l-Avukat tal-Istat Dr Chris Soler, il-President tal-Kamra tal-Avukati Dr Louis Degabriele, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Eunice Grech Fiorini, u l-Viċi Kap tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Vanessa Grech.

Sport