Friday, December 13, 2024

13-il gorilla f’Atlanta pożittivi għall-Covid-19

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tlettax-il gorilla ġewwa żoo f’Atlanta, fl-Istati Uniti, irriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Uffiċjal tal-istess żoo qal li aktarx, din l-imxija seħħet wara li gwardjana li taħdem fl-istabiliment instabet pożittiva. Jingħad li l-gorilla bdew juru sintomi tal-virus fosthom; sogħla ħafifa, nuqqas t’aptit ta’ ikel u fisjoni. 

Fi stqarrija fuq is-sit taż-żoo, uffiċjali saħqu li l-każ tal-imxija aktarx beda minn persuna li kienet imlaqqma kontra l-virus u xogħolha kien li tieħu ħsieb l-annimali. Filwaqt li hija kienet tilbes ilbies protettiv, ija baqgħet tmur għax-xogħol regolari, għax ma kellha ebda sintomi u għaldaqstant ma kinitx taf li kienet pożittiva. Sadanittant, qalu li qiegħdin jistennew it-tilqima kontra l-virus, magħmulha speċifikament għall-annimali. 

Sam Rivera, id-direttur għas-saħħa tal-Annimali fiż-Zoo Atlanta saħaq li “it-timijiet qiegħdin isegwu mill-qrib il-gorilla milquta u ninsabu pożittivi li se jirkupraw.”Sadanittant, dawn l-annimali jgħixu f’ambjent fejn jinsabu qrib ħafna ta’ xulxin u għaldaqstant huwa diffiċli li jiġu iżolati b’mod individwali.

Fi Frar li għadda, f’żoo f’San Diego, tmien gorilla kienu nfettati bil-covid-19 ukoll iżda ftit ġimgħat wara jidher kienu rkupraw sew. 

Ekonomija

Sport