Kmieni dalgħodu, il-Pulizija assistiti mill-uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni wettqu spezzjonijiet ta’ rutina f’diversi lokalitajiet madwar Malta, b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari, fost oħrajn.
Dawn l-ispezzjonijiet saru f’postijiet pubbliċi fil-Marsa, San Ġiljan, il-Gżira u f’Tas-Sliema, fejn b’kollox ġew arrestati 28 persuna. 13 minn dawn il-persuni nstabu li qed jgħixu Malta illegalment, filwaqt li 15 oħra qed jiġu investigati b’rabta ma’ vagabundaġġ u/jew li ttallbu l-flus.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.