Andre Calleja ta’ 31 sena ntbagħat 13-il xahar il-ħabs wara li ammetta li hedded b’imqass lill-patri fil-Knisja ta’ Santa Tereża f’Bormla.
Il-każ kien seħħ f’Awwissu ta’ din is-sena, meta Calleja kien mar f’din il-knisja għax-xirja, iżda minflok l-patri offrielu pizza.
Fil-Qorti, meta tressaq l-imputat kien kien wieġeb mhux ħati, iżda mbagħad fl-aħħar ta’ Settembru li għadda, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Apparti s-sentenza ta’ priġunerija, il-Qorti ħarġet ordni ta’ trattament fi tliet snin u ordni ta’ trażżin favur il-vittma għal tliet snin ukoll.