Thursday, December 26, 2024

139 każ ġdid ta’ Covid u jfiqu 68 oħra

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa feġġew 139 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 68 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 1,149.

L-imwiet relatati mal-pandemija baqgħu 613 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġietx reġistrata l-ebda mewt.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 49 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sal-Ħamis filgħaxija kienu ngħataw 1,248,306 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 345,976 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport