Saturday, November 23, 2024

14-il ħaddiem fl-Indja jinqatlu wara li jittajru minn ferrovija wara li kienu qed jipprovaw jimxu lura lejn djarhom

Aqra wkoll

Ferrovija tal-merkanzija tajret u qatlet lil 14-il persuna fl-Indja li kienu mexjin lura d-dar wara li kienu spiċċaw bla xogħol kaġun tal-pandemija tal-coronavirus.

Mill-inqas 20 persuna kienu qed jimxu distanza ta’ 36 kilometru biex jirritornaw lura lejn darhom, billi jsegwu l-binarji tal-ferrovija. Uħud minn dawk li b’xorti tajbaħelsuha minn din it-traġedja f’kummenti lill-midja qalu li l-grupp ta’ ħaddiema kienu waqfu jistrieħu, u hekk kif kienu reqdin ma ndunawx bil-ferrovija. Apparti l-14-il persuna li mietu, indarbu żewġ persuni oħrajn.

Il-lockdown fl-Indja kienet imposta mill-Prim Ministru Narendra Modi fil-25 ta’ Marzu u ddaħħlet fis-seħħ fi żmien erba’ sigħat.

Intant il-vittmi tat-traġedja li seħħet ilbieraħ kienu qed jivvjaġġaw mill-istat ta’ Maharashtra lejn Madhya Pradesh. Huma kienu aktar minn 800 kilometru ’l bogħod minn djarhom meta seħħet it-traġedja.

Sport