Hekk kif il-Presidenti tal-Istati Uniti kompla jaqta’ aktar fondi lill-pajjiżi barranin biex huma jkunu jistgħu jgħinu liċ-ċittadini tagħhom, rapporti qegħdin jgħidu li fil-ħames snin li ġejjin jistgħu jmutu aktar minn 14-il persuna.
L-istħarriġ li ġie ppubblikat juri li l-aktar li huma f’riskji huma tfal minħabba li mhux se jkollhom ikel u xorb kif ukoll li mhux se jkollhom kura biex ifiequ mill-mard li jkollhom.
Kien is-Segretarju tal-Istati Uniti MArco Rubio meta f’Marzu qal li l-President Trumo kien ħabbar li kien se jwaqqaf 80% tal-fondi li jingħataw lill-Programmi li huma mexxija mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Iżvilupp – USAID.
“Dawk kollha li għandhom dħul baxx u jgħixu f’pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw huma f’riskju li jmutu fil-ħames snin li ġejjin. Dan jitqabbel daqsli kieku fid-dinja hawn pandemija jew gwerra kbira,” qal Davide Rasella li kiteb rapport dwar din is-sitwazzjoni.
Hu kompla jgħid li hekk kif twaqqfu dawn il-fondi, diversi programmi tas-saħħa biex jgħixu nies vunerabbli jistgħu jmorru lura b’20 sena.
Dan ir-rapport ħareġ hekk kif diversi mexxejja minn madwar id-dinja qegħdin jiltaqghu fil-belt ta’ Seville fi Spanja biex jiddiskutu l-għajnuna li għandha tingħata min-Nazzjonijiet Uniti hekk kif Trump waqqaf dawn il-fondi.
Skont ir-rapport Rasella, aktar minn 133-il pajjiż ibbenefikaw minn dawn il-fondi u ġew salvati 91 miljun persuni milli jmutu. Rasella analizza data bejn is-sena 2001 u l-2021.
Hekk kif twaqqfu dawn il-fondi qam tħassib kbir fil-komunità internazzjonali hekk kif 4.5 miljun tifel u tifla taħt il-ħames snin jistgħu jmutu fil-ħames snin li ġejjin.