Erbatax-il persuna nstabu ħatja li kienu kompliċi fl-attakki terroristiċi li twettqu fi Franza fl-2015, liema attakki se jibqgħu sinonimi l-aktar mal-attakki fuq l-uffiċini tal-magażin satiriku Charlie Hebdo.
Ħdax mill-persuni li nstabu ħatja kienu preżenti fil-qorti għall-verdetti.
It-tlieta l-oħrajn instabu ħatja in absentia. Huwa mifhum li dawn it-tlieta vjaġġaw lejn it-Tramuntana tas-Sirja wara l-attakki, minkejja li rapporti jissuġġerixxu li tnejn minnhom sussegwentement inqatlu fl-attakki b’bombi kontra l-forzi tal-Istat Iżlamiku.
B’kollox kienu nqatlu 17-il persuna fl-attakki terroristiċi fuq l-uffiċini ta’ Charlie Hebdo u f’attakk ieħor fuq supermarket Lhudi f’Jannar tal-2015.
It-tliet terroristi – l-aħwa Said u Cherif Kouachi, u Amedy Coulibaly – inqatlu mill-Pulizija Franċiża.
It-tlieta li huma kienu ddikjaraw il-lealtà tagħhom għall-Istat Iżlamiku.
L-14-il persuna li nstabu ħatja llum instabu ħatja li għenu fl-ippjanar, l-iffinanzjar u l-appoġġ tal-attakki terroristiċi.