Saturday, December 21, 2024

14-il persuna pożittivi; tlieta minnhom huma pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli

Aqra wkoll

Persuna mfittxija b’rabta mal-coronavirus

Minn 559 test li saru matul dawn l-aħħar sigħat, 14-il persuna rriżultat pożittiva għall-coronavirus. Dan wassal biex il-każi f’pajjiżna issa tela’ għal 241 każ.

Il-każi:

L-ewwel każ huwa ta’ mara anzjana ta’ 67 sena minn Għawdex li bdiet bis-sintomi ta’ sogħla u qtugħ ta’ nifs u kellha bżonn tidħol fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Hija qed tinżamm f’iżolament fl-istess sptar. l-awtoritajiet qed jagħmlu proċess ta’ contact tracing biex jiġi determinat min kienu dawk il-persuni kemm mill-familja u mill-komunità li ġew f’kuntatt magħha.

It-tieni każ huwa ta’ raġel Għawdxi ta’ 38 sena. Qed isir il-proċess ta’ contact tracing mal-kollegi tiegħu u l-familja. Huwa jinsab f’qagħda tajba u m’għandux għalfejn jidħol l-isptar u qed jinżamm id-dar.

Kien hemm tliet pazjenti li kienu qegħdin fl-Isptar Monte Carmeli li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. L-ewwel wieħed minn dawn it-tliet każi huwa dak ta’ 55 sena Maltija u kellha sintomi ta’ pnueomonia. It-tieni każ huwa Libjan ta’ 34 sena li wkoll f’din is-sala u fil-5 ta’ April beda bis sintomi ta’ deni u uġigħ fil-muskoli. It-tielet każ huwa ta’ Eġizzjan ta’ 32 sena li jgħix fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, li beda bis-sinotmi ta’ qtugħ ta’ nifs.

Każ ieħor huwa dak ta’ raġel Malti ta’ 78 sena li daħal l-isptar ilbieraħ b’kundizzjoni mhux relatata mal-Covid-19. Qed isir contact tracing mal-qraba tiegħu.

Każ ieħor huwa dak ta’ raġel 55 sena li wkoll daħal l-isptar għal kundizzjoni oħra u li rriżulta pożittiv minn testijiet li sarulu. Qed isir contact tracing ma’ qraba tiegħu.

Każ ieħor huwa ta’ raġel Malti ta’ 60 sena li kellu sintomi fil-5 ta’ April. Qed isir contact tracing mal-familja.

Każ ieħor huwa ta’ raġel Malti li 76 sena li jgħix waħdu u li għaldaqstant m’hemmx riskju li xerred il-virus lil qraba li jgħixu miegħu. Beda juri sintomi fit-3 ta’ April.

Każ ieħor ta’ raġel Malti ta’ 61 sena, li kien qed ibati minn sogħla kronika li madankollu marret għall-agħar f’dawn l-aħħar jiem. Qed isir contact tracing mal-kollegi fuq il-post tax-xogħol tiegħu.

Il-11-il każ huwa dak ta’ mara Maltija ta’ 57 sena, li qed isir contact tracing mal-membri tal-familja tagħha.

It-12-il każ huwa ta’ healthcare worker ta’ 54 sena. qed isir contact racing mal-pazjenti u mal-membri tal-familja.

Każ ieħor huwa dal ta’ mara Maltija ta’ 32 sena li bdiet turi sintomi fit-3 ta’ April. Qed isir contact tracing mal-membri tal-familja tagħha.

L-aħħar każ huwa ta’ mara Bulgara ta’ 44 sena li bdiet turi sintomi tal-marda fil-15 ta’ Marzu li għadda. Qed isir contact tracing mal-kollegi tagħha.

Intant il-Professur Charmaine Gauci semmiet li hemm persuna mfittxija b’rabta mal-coronavirus.

Ekonomija

Sport