Saturday, December 21, 2024

14-il persuna se jkunu qed jgħaddu ġuri b’rabta mal-massakru f’Pariġi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

14-il persuna se jkunu qed jgħaddu ġuri fi Franza wara l-attakk  ta’ ħames snin fuq ir-rivista satirika Charlie Hebdo. L-attakk kien ħalla 17-il persuna mejta fl-uffiċini f’Pariġi f’perjodu ta’ tliet ijiem. Minn hemm bdiet mewġa ta’ attakki terroristiċi fi Franza li fihom tilfu ħajjithom aktar minn 250 persuna.

Ħafna minn dawn li qed ikunu meqjusin bħala kompliċi jinsabu f’Pariġi u b’hekk minkejja li għad hemm tlieta li baqgħu ma nstabux, il-proċess bil-Qorti se jkun qiegħed jitkompla wara li kien ġie pospost minħabba l-pandemija.

Il-ġuri kellu jibda f’Marzu iżda ġie pospost minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Dan mistenni jibqa’ għaddej sa Novembru.

Ir-rivista satirika Franċiża, Charlie Hebdo, ippubblikat mill-ġdid il-cartoons tal-Profeta Mohammed, lejlet il-bidu tal-ġuri ta’ dawn il-persuna akkużati li fost oħrajn li pprovdew l-armi liż-żewġ terroristi Iżlamiċi li wettqu dan l-attakk imdemmi.

Ekonomija

Sport