Thursday, February 26, 2026

14-il sena ħabs wara li importa 11-il kilo droga

Aqra wkoll

Portugiż ta’ 53 sena kien ikkundannat 14-il sena ħabs wara li ammetta flok għadda ġuri li importa madwar 11-il kilo droga.

Carlos Manuel Simoes De Oliveira kien arrestat fl-4 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet malli wasal Malta fuq titjira minn Sivilja fi Spanja.

Waqt tfitttxija fil-bagalja tiegħu kienu nstabu diversi pakketti b’madwar 10 kilo sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis b’valur fit-triq ta’ kważi €100,000 u madwar kilo sustanza allegatament kokaina li tiswa €150,000.

De Oliveira kien akkużat b’importazzjoni, pussess u assoċjazzjoni bi skop ta’ traffikar ta’ droga.

Huwa għażel li jammetti għall-akkużi quddiem l-Imħallef Neville Camilleri wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Prosekuzzjoni u d-Difiża.

Minbarra l-piena ta’ erbatax-il sena priġunerija, De Oliveira kien immultat €32,000. Dan filwaqt li kien ordnat sabiex iħallas madwar €4,300 fi spejjeż tal-Qorti marbuta ma’ dan il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport