Sunday, February 22, 2026

14-il xahar ħabs talli seraq flus minn banka tal-lottu f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Rod Cini ta’ 43 li fil-Qorti qal li ‘għandux indirizz fiss fejn jgħix ġie kkundannat 14-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq flus lil raġel li kien f’banka tal-lottu f’San Ġiljan.

L-imputat ammetta li wettaq dan ir-reat fis-27 ta’ Novembru li għadda bejn is-7.00p.m. u l-10.00p.m. f’banka tal-lottu li tinsab fi Triq San Ġorġ San Ġiljan.

Quddiem il-Qorti, Cini ammetta wkoll li kiser żewġ ordinijiet ta’ trattament maħruġa mill-Maġistrat Gabriella Vella u li kiser sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati.

Il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil, minbarra li kundannat lil Cini 14-il xahar ħabs ħarġet ordni ta’ trattament għal 3 snin biex b’hekk ikun jista’ jindirizza l-problema tad-droga.

Ġie ordnat ukoll li jirrifondi l-€450 li seraq lill-vittma. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport