Saturday, December 21, 2024

141 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 136 persuna

Aqra wkoll

Mill-2,866 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 141 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 136 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi jiżdiedu marġinalment għal 2,753.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 38 każ ta’ persuni lirriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li kienu diġà pożittivi għall-Covid-19, 31 każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 18-il każ ta’ persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi għall-virus, 29 każ li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport