Filwaqt li fuq medda ta’ 24 siegħa kienu rreġistrati 15-il każ ġdida ta’ persuni infettati bil-Covid-19, fl-istess żmien kien hemm 69 persuna li rkupraw. Qalu dan l-awtoritajiet tas-saħħa fl-aġġornament li jagħtu ta’ kuljum.
Dan wassal biex il-każi attivi niżlu għal 538 każ.
Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ irriżulta li kien hemm ħames każi li kienu qraba ta’ persuni pożittivi għall-virus, każ minnhom kien ġie f’kuntatt dirett ma’ persuna infettata, erba’ każi jikkonsistu minn trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, u żewġ każi jirriżultaw minn laqgħat ta’ persuni.