Saturday, December 28, 2024

15-il każ ġdid … Tlieta jfiqu … 125 każ ta’ persuni li għadhom attivi għall-virus

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret li l-konferenza stampa mhux se tibqa’ xi ħaġa ta’ kuljum, iżda se tibda tixandar biss it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.

B’hekk ftit tal-ħin ilu fuq il-paġa ta’ Facebook l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat kien hemm 15-il persuna li rriżultaw pożittivi minn fost 1,358 swab test li saru.

Aħbar pożittiva hija dik li kien hemm tlieta li rkupraw mill-virus u li b’hekk meta wieħed jelimina lil dawk kollha li rkupraw u lil dawk li sfortunatament mietu, pajjiżna jibqa’ b’125 każ ta’ persuni li huma konfermati bħala attivi.

B’kollox s’issa f’pajjiżna saru 56,224 swab test.

Ekonomija

Sport