Thursday, December 26, 2024

15 imutu f’attakk fuq ambulanza f’Gaza

Aqra wkoll

15-il persuna mietu u għexieren ndarbu f’attakk li seħħ fuq ambulanza li kienet tinsab ħdejn l-Isptar Al-Shifa, li huwa l-ikbar wieħed fil-Medda ta’ Gaza.

L-Iżrael ammetta li attakka ambulanza f’Gaza imma insista li wettaq l-attakk għax kienet qed tintuża mill-militanti tal-Hamas. Żied jiċċara li fl-attakk inqatlu numru ta’ ġellieda tal-Hamas u akkuża lill-istess għaqda li kienet qed iġġorr l-armi fl-ambulanzi.

Sussegwentament, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres, għamel sejħa oħra għall-waqfien mill-ġlied.

Ekonomija

Sport