In-numru ta’ każi attivi f’Malta tela’ għal 2,115 wara li fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 152 każ minn 2,960 swab test li saru. Fl-istess waqt kienu rapportati li rkupraw 103 persuni.
Intant filwaqt li l-każi reġistrati llum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 23 każ ta’ persuni li ġew infettati wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom diġà infettat, ħames każi ta’ tixrid tal-virus minn fuq il-post tax-xogħol, erba’ każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 wara li ġew f’kuntatt ma’ persuna oħra pożittiva, u żewġ’ każi minn attivitajiet soċjali.