Ilna għal xhur sħaħ naraw filmati u ritratti ta’ tfal feruti u maqtulin f’Gaża. Rajna tfal imbiċċra. Oħrajn kollhom dmija. Oħrajn misjuba bla ħajja f’bini mġarraf. Tfal oħra litteralment maħruqin. Mindu bdiet din il-gwerra f’Ottubru tas-sena 2023, mietu 15,613 tfal.
Proprju fl-aħħar sigħat il-Ministeru tas-Saħħa Palestinjan ta rendikont ta’ kemm mietu tfal u bl-etajiet tagħhom. Mill-ammont ta’ mejtin f’Gaza bl-attakki minn Iżrael, 31 fil-ma minnhom kienu tfal.. Kien hemm imbagħad 33,900 tfal li kienu feruti.
Kien hemm 876 tfal li kellhom inqas minn sena li spiċċaw maqtulin. Minn dawk li kellhom bejn 13 u 18-il sena kien hemm 4,882 tfal maqtulin. . Fil-każ ta’ tal li kellhom bein 6 u 12-il sena il-vittmi ammontaw għal 5,745. Kien hemm imbagaħd 4,110 tfal maqtulin li kellhom bejn sena u ħames snin.