Sunday, December 22, 2024

16-il persuna jmutu f’nirien li ħakmu binja residenzjali f’Dubaj

Aqra wkoll

16-il persuna mietu u disa’ oħra ndarbu wara li nirien ħakmu bini residenzjali f’Dubaj. L-inċident seħħ is-Sibt waranofsinhar fl-inħawi ta’ Al-Ras, waħda mill-eqdem żoni ta’ dan il-pajjiż. 

Ġie rrappurtat li fil-binja inkwistjoni joqogħdu ħafna ħaddiema migranti u anke negozjanti. In-nirien ħakmu r-raba’ sular ta’ din il-binja.

Id-Difiża Ċivili ta’ Dubaj qalet li n-nar kien ikkawżat minn nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà. 

Iż-żona fejn seħħ l-inċident tinsab qrib is-swieq tad-deheb u l-ħwawar f’din il-belt, li huma attrazzjonijiet turistiċi popolari.

Fost il-persuni mejta hemm erba’ ċittadini Indjani u tliet Pakistani. Sa issa għadu ma ġie arrestat ħadd bħala parti mill-investigazzjoni li għaddejja.

Ekonomija

Sport