Thursday, January 23, 2025

1,655,197 passiġġieri jaqsmu bejn il-gżejjer fir-raba’ kwart tas-sena 2024

Aqra wkoll

Fir-rabaʼ kwart tal-2024, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żidiet fil-vjaġġi, fil-vetturi u fil-passiġġieri meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2023.Dan ħareġ minn rapport li ġie ppubblikat mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika – NSO.

Bejn Ottubru u Diċembru 2024 saru total ta’ 11,463 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,655,197 passiġġier. Ottubru kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 3,949 vjaġġ jew 34.5 fil-mija tal-vjaġġi kollha.

Total ta’ 1,406,265 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fir-rabaʼ kwart tal-2024, tnaqqis ta’ 2.4 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2023. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Ottubru — 519,888 tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bʼ1.3 fil-mija għal total ta’ 507,089.

Fir-rabaʼ kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq id-9,059, li huwa żieda taʼ 6.4 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2023. FʼOttubru kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,083 jew 34.0 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru.

Bejn Jannar u Diċembru 2024, fil-Ħdud u s-Sibtijiet kien hemm l-aktar traffiku ta’ passiġġieri li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku tal-vetturi mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u t-Tnejnijiet. Min-naħa l-oħra, il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt kellhom l-aktar traffiku ta’ passiġġieri u vetturi li oriġinaw miċ-Ċirkewwa. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport