Friday, November 22, 2024

17-il persuna arrestati waqt rejd fi stabbiliment t’akkomodazzjoni f’Buġibba   

Il-Pulizija tkompli bl-ispezzjonijiet marbuta mal-immigrazzjoni

Aqra wkoll

Kmieni l-Ħadd filgħodu l-Pulizija wettqet rejd fi stabbiliment tal-akkomodazzjoni f’Buġibba. Dan hekk kif mgħejuna mis-Servizzi tad-Detenzjoni, il-Pulizija kompliet bl-ispezzjonijiet marbuta mal-immigrazzjoni. 

Fil-kmamar ta’ dan l-istabbiliment ġew spezzjonati ‘il fuq minn 50 persuna, li 17 minnhom ġew arrestati mill-pulizija biex eventwalment jibda’ immedjatament il-proċess tar-ritorn tagħhom. Il-persuni li se jkunu ritornati huma mis-Sirja, il-Pakistan, l-Eġittu u l-Ghana. L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ se jkomplu. 

Il-ħidma ta’ dalgħodu hi parti mill-ħidma kontinwa ta’ spezzjonijiet u rondi fil-komunità bil-għan li titħares is-sigurtà ta’ kulħadd. 

Fl-aħħar jiem, l-istess ħidma ħalliet ukoll riżultati u bħalissa hemm 37 persuna miżmuma fiċ-ċentri ta’ detenzjoni bil-proċess tar-ritorn tagħhom huwa mibdi u jintemm fi ftit jiem. 

Sport