Saturday, December 21, 2024

17-il persuna salvti minn fuq dgħajsa mill-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili

Aqra wkoll

17-il persuna ġew salvati minn fuq dgħajsa wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sabu ruħhom f’diffikultà waqt li kienu fuq il-baħar.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali qal li huma taw l-assistenza wara li daħla sejħa li kien hemm xi persuni f’diffikultajiet. l-operazzjoni tas-salvataġġ saret permezz ta’ Rhib Delta 2. Uħud mill-persuni abbord kellhom bżonn l-għajnun amedika.

Minn dawn is-17-il persuna, ħamsa minnhom tniżżlu minn fuq id-dgħajsa u ttieħdu fuq Rhib Delta 2 fejn daħħluhom l-art. Hekk sabu tim mediku mill-Isptar Mater Dei li mill-ewwel bdew jagħtu l-ewwel għajnuna.

Fis-salvataġġ assistew uffiċjali mill-Istazzjon 5 tal-Protezzjoni Ċivili.

Ekonomija

Sport