Wednesday, December 25, 2024

17-il xahar ħabs għal raġel li seraq minn karozza f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Brooks Lia ta’ 51 sena li fil-Qorti ntqal li għandu l-vizzju tad-droga ġie kkundannat 17-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq minn karozza pparkjata f’San Pawl il-Baħar. Is-serqa li saret fis-17 ta’ Ottubru li għadda kellha valur li ma jaqbiżx €2,300.

Lia kien akkużat ukoll li kiser żewġ ordnijiet tal-qorti b’rabta ma’ ħelsien mill-arrest fuq żewġ każi oħra, kif ukoll li huwa riċediv.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fis-sentenza tagħha qieset li l-akkużat ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri u anke li kkopera mal-Pulizija.

Minbarra s-sentenza ta’ ħabs, il-Qorti ordnat mill-ġdid l-arrest tiegħu b’rabta mal-każi li għadhom għaddejjin. Hi ħarġet ordni ta’ trażżin għal sentejn biex tipproteġi lil sid il-vettura li minnha saret is-serqa.

Lia tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ trattament għal tliet snin biex jindirizza l-vizzju tad-droga.

Ekonomija

Sport