Friday, December 13, 2024

170 balavosta li kienu fi stat perikoluż se jinħadmu mill-ġdid

Aqra wkoll

Waqt żjara fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi se jwettaq xogħol ta’ restawr fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajn Dwieli.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi faħħar il-ħidma li qed issir mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi li qed iwettqu diversi xogħlijiet madwar bosta lokalitajiet li permezz tagħhom qed igawdu minnhom ir-residenti. Huwa qal li proġetti ta’ dan it-tip jirriflettu l-impenn ta’ dan il-Gvern li jkompli jsebbaħ spazji pubbliċi fil-komunitajiet.

Dan il-proġett, li se jsir mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, jinvolvi t-tibdil u r-restawr ta’ 170 balavostra li kienu jinsabu fi stat perikoluż, kif ukoll se ssir rampa għall-aċċess aħjar għal din il-knisja.

Il-Perit Joseph Zerafa Boffa spjega f’aktar dettall ix-xogħlijiet li se jsiru. Il-balavostri l-ġodda qed jinħadmu bil-konkos bħal dawk oriġinali. Din id-darba ir-rinforz (sinsla) tagħhom mhux ser tkun tal-ħadid biex jiġi evitat li dan jerġa’ jissaddad u jerġa’ jkun hemm ħsara fil-futur. Minflok, dawn il-vireg ta’ rinforz ser jsiru b’materjal apposta magħmul mill-fibre biex iservi ferm aktar u ma jagħmilx ħsara lill-konkos.

Ġie spjegat ukoll li ttieħdet il-forma ta’ balavostra oriġinali biex dawk li ser ikunu manifatturati jkunu estetikament preċiżi bħal ta’ qabel.

Ekonomija

1 kumment

  1. Prosit lill Onor Cevelli tax xoghol li qed taghmel u ghax xoghol li sar fil gnien Hal Lija.Ghall ritratti ma jonqos li jkun hemm is sindku is sur T.Dalli ghall avolja dejjem jghid li l gnien mhux responsabilta tieghu izda tal Lands.Halluna nghixu.

Comments are closed.

Sport