Saturday, October 26, 2024

173 każ ġdid f’dawn l-aħħar 24 siegħa

Aqra wkoll

Mit-3,380 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 173 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 135 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi f’Malta tela’ għal 2,133.

Intant il-Ministeru tas-Saħħa qal li filwaqt li l-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każijiet tal-bieraħ jirriżultaw 32 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom li diġà kien pożittivi għall-Covid, 14-il każ ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, sitt każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi, u żewġ każi li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Sport