Sunday, December 22, 2024

18-il ħaddiem tat-tifi tan-nar imutu jipprovaw jikkontrollaw nirien qawwijin fiċ-Ċina

Aqra wkoll

Tmintax-il ħaddiem tat-tifi tan-nar u l-gwida tagħhom tilfu ħajjithom fiċ-Ċina waqt li kienu qed jipprovaw jikkontrollaw nirien qawwijin li ħakmu lil parti minn foresta fil-provinċja ta’ Sichuan.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Xinhua qalet li bdil fid-direzzjoni tar-riħ wassal biex il-grupp jispiċċa maqbud qalb in-nirien kmieni dalgħodu, bla ebda possibbiltà li jaħarbu minn fuq il-post.

In-nirien intant issa nfirxu fuq medda ta’ aktar minn 1,000 ettaru.

Mal-1,200 persuna ġew evakwati kaġun tan-nirien

Fiż-żona ntbagħtu aktar minn 2,000 ħaddiem tat-tifi tan-nar biex jikkontrollaw in-nirien, li wasslu biex mal-1,200 persuna jiġu evakwati.

In-nirien bdew ilbieraħ f’razzett, bir-riħ qawwi jwassal biex dawn jinfirxu fil-foresta.

Il-vittmi kienu jifformaw parti minn grupp ta’ 22 ħaddiem tat-tifi tan-nar – inkluż ħaddiem minn razzett lokali li kien qed iservi bħala gwida tagħhom. Tlie ħaddiema tat-tifi tan-nar intant instabu ħajjin u ttieħdu l-isptar għall-kura.

L-inċident seħħ kważi sena wara li nirien qawwijin f’foresta kienu ħallew 30 ħaddiem tat-tifi tan-nar fost il-vittmi.

Ekonomija

Sport