Sunday, November 24, 2024

18-il persuna jmutu maħruqa f’inċident fil-Pakistan

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 18-il persuna mietu maħruqa wara li xarabank ħabtet f’vettura oħra li kienet qed iġġorr id-dijżil fil-Pakistan. L-inċident seħħ il-Ħadd, għall-ħabta tal-4.30 a.m. f’awtostrada qrib il-belt ta’ Pindi Bhattian fil-provinċja tal-Lvant ta’ Punjab.

“F’temp ta’ ftit minuti, ix-xarabank ġiet ħuġġieġa nar. 18-il persuna nħarqu ħajjjin filwaqt li 16 oħra ġarrbu xi ġrieħi b’erbgħa minnhom jinsabu f’qagħda serja,” qal uffiċjal tal-pulizija f’kummenti lill-midja internazzjonali.

Sport