Matul is-sena 2025 ġew irreġistrati 180 qabda sinifikanti ta’ droga mit-Taqsima Kontra d-Droga fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Dan l-ammont jinkludi wkoll każijiet ta’ qabdiet li ġew segwiti u investigati b’mod konġunt mid-Dipartiment tad-Dwana u l-Pulizija.
Kien il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri li stqarr dan fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Laburista Davina Sammut Hili.
Il-Ministru Camilleri spjega li dawn il-qabdiet ma jiġux bil-kumbinazzjoni imma permezz ta’ prattiċi ta’ intelligence-led policing fejn permezz ta’ analiżi anke bl-użu tat-teknoloġija l-Korp tal-Pulizija llum qiegħed jaddotta targeted policing.
“Dan filwaqt li llum il-Korp tal-Pulizija ma jiqafx biss mar-reat prinċipali imma jaraw ukoll lil min stagħna minn dawn ir-reati biex ikissru ċrieki kriminali billi qegħdin jiffukaw ukoll fuq l-assi mhux fuq it-traffikant u l-pussess biss.”
Il-Ministru Camilleri elenka l-qabdiet li saru mill-Korp tal-Pulizija fl-2025:
Kokaina: 668.09 kilogramma
Crack Cocaine: 286.6 gramma
Eroina: 989.8 gramma
Reżina tal-Kannabis: 4.33 kilogramma
Ħaxixa tal-Kannabis: 314.46 kilogramma
Pjanta tal-Kannabis: 249
XTC tablets: 1825
MDMA powder: 4.07 kilogramma
Droga sintetika: 198 gramma
Psychedelic mushrooms: 22 gramma
Amphetamine: Kilogramma
KHAT: 19.4 kilogramma
GBL: 300 millimetru
Ketamina: 111-il gramma
Pilloli MDMA: 414

