Sunday, December 22, 2024

Jennifer Hermoso tissejjaħ għall-ewwel darba fit-team nazzjonali Spanjol mis-saga tal-’bewsa’

Aqra wkoll

Jennifer Hermoso issejħet lura fit-team nazzjonali Spanjol għall-ewwel darba wara s-saga tal-famuża bewsa (mhux konsenswali) li rċeviet mingħand l-eks president tal-FA Spanjola (RFEF), Luis Rubiales.

L-inċident seħħ fl-20 ta’ Awwissu wara r-rebħa ta’ Spanja ta’ 1-0 kontra l-Ingilterra fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li saret f’Sydney, l-Awstralja.

Ħamest ijiem wara li rriżenja minn president minħabba l-pressjoni li saret fuqu, Luis Rubiales kellu jitressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ attakk sesswali minħabba li bies bil-forza lil Hermoso.

Filmat miċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-midalji tat-Tazza tad-Dinja wera lil Ru­biales iħaddan lil Hermoso, imbagħad poġġa iż-żewġ idejn fuq rasha qabel ta bewsa bil-forza. Imbagħad taptap idu fuq dahrha.

Wara dan l-inċident li attira l-attenzjoni kollha tad-dinja sportiva kif ukoll tappan ir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja għall-Ispanjoli, Hermoso talbet biex tiġi rispettata l-privatezza tagħha u tal-familja fejn kienet qalet li riedet ftit żmien biex tirkupra. 

Issa ġiet imsejħa għal-logħbiet internaz­zjonali kontra l-Italja, fis-27 ta’ dan ix-xahar u kontra l-Isvizzera, fil-31 ta’ Ottubru. 

.

Ekonomija

Sport