Tuesday, December 24, 2024

189 każ ġdid u jirkupraw 107

Aqra wkoll

Mit-3,405 swab tests li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 189 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Dan filwaqt li kien hemm 107 persuna li rkupraw. B’hekk in-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna issa tela’ għal 2,601.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li mill-każi reġistrati lbieraħ kien hemm 45 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom, 15-il każ ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, sitt każi li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi, u 15-il każ minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport