L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn it-Tnejn u t-Tlieta feġġew 194 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 78 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 1,527.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 617 hekk kif fl-istess 24 siegħa miet raġel ta’ 52 sena u anzjana ta’ 91 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 43 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sat-Tnejn filgħaxija kienu ngħataw 1,250,293 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 347,009 kienu dożi tal-booster.