Wednesday, July 24, 2024

Ċiklist iweġġa’ gravi f’inċident f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Ċiklist ta’ 54 sena weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-7.30am kien involut f’inċident f’Ħal Luqa.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew informati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm raġel ta’ 54 sena residenti l-Imtarfa, u Chevrolet Spark, li kienet qed tinstaq minn Indjan ta’ 38 sena residenti Ħal Luqa.

Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport