Saturday, November 23, 2024

2.1 miljun persuna oħra fl-Istati Uniti tirreġistra għall-benefiċċju tal-qgħad il-ġimgħa li għaddiet

Aqra wkoll

L-effett tal-pandemija fl-Istati Uniti kompliet tinħass hekk kif 2.1 miljun Amerikan ieħor irreġistraw għall-benefiċċju tal-qgħad matul il-ġimgħa li għaddiet. Aktar minn 40 miljun ħaddiem spiċċaw bla xogħol matul dawn l-aħħar xahrejn, hekk kif il-coronavirus bdiet tippralizza l-ekonomija Amerikana.

Għall-għaxar ġimgħa konsekuttiva r-rata tal-qgħad kienet żdiedet b’aktar minn żewġ miljun applikazzjoni fil-ġimgħa.

L-ogħla żieda fil-qgħad kienet reġistrata lejn l-aħħar ta’ Marzu, meta f’ġimgħa waħda kienu ġew preżentati 6.867 miljun applikazzjoni għall-benefiċċju tal-qgħad.

Intant ekonomisti jinsabu mħassbin li tkeċċijiet mis-settur privat u anke mill-gvernijiet lokali kkontribwixxew għall-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet ġodda tal-ġimgħa li għaddiet.

Joel Naroff, il-kap ekonomist ta’ Naroff Economics, f’Pennsylvania, qal li jekk dan huwa l-każ allura l-Istati Uniti se tkun qed tiffaċċja perjodu estiż b’rata għolja ta’ qgħad, b’dan ikun ifisser li l-irkupru ekonomiku se jkun aktar kajman u jieħu aktar fit-tul.

Sport