Sunday, November 24, 2024

20 każ ġdid ta’ Covid-19 u mfejqa disa’ persuni

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 20 każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm disa’ persuni oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 226. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ 461 wara li bejn ilbieraħ u llum ma kienet irreġistrat l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. 

Bħalissa hemm għaxar pazjenti rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erbgħa li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-Ħadd filgħaxija kienu ngħataw 879,909 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 52,915 kienu dożi tal-booster.

Sport