F’aktar spezzjonijiet koordinati bejn il-Pulizija u l-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari, it-Tnejn, ġew arrestati 20 persuna li nstabu jgħixu b’mod irregolari f’Għawdex. L-ispezzjonijiet saru f’diversi lokalitajiet fosthom fir-Rabat, Marsalforn, il-Fontana u x-Xlendi.
In-nazzjonalitajiet tal-individwi huma Ghana, Etjopja, Sirja, u Niġerja.
Il-persuni kollha ttieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni sakemm jitlesta l-proċess biex jiġu rritornati mill-pajjiż.