Qed isiru sforzi biex ikunu evakwati aktar nies maqbuda ġewwa l-impjant tal-azzar ta’ Azovstal, f’Mariupol fl-Ukrajna.
Sviatoslav Palamar, id-Deputat Kmandant tar-reġiment Azov fl-impjant, qal li grupp ta’ madwar 20 persuna, bejn nisa u tfal, irnexxielhom jaħarbu wara waqfien mill-ġlied.
“Qed noħorġu n-nies minn qalb it-tifrik bil-ħbula. Dawn huma anzjani, nisa u tfal,” qal Palamar. Huwa ttamat li dawn in-nies jittieħdu fil-belt ta’ Zaporizhzhia, fejn twaqqaf ċentru ta’ evakwazzjoni għal dawk li qed jaħarbu mill-ġlied.
Is-sit, imdawwar kompletament mit-truppi Russi, huwa l-aħħar post ta’ refuġju għas-suldati u n-nies Ukreni, li qed jagħtu kenn f’netwerk vast ta’ xelters u mini taħt l-art hekk kif il-provvisti tal-ikel u x-xorb qed jispiċċaw.
Is-Sindku ta’ Mariupol, Vadym Boychenko qal lill-ġurnalisti li hu stmat li 1,000 persuna ċivili baqgħu fl-impjant tal-azzar, u li 600 minnhom weġġgħu.