Monday, November 18, 2024

20 persuna jmutu fil-belt ta’ Venezja

Aqra wkoll

Mill-inqas 20 persuna ġew iċċertifikati mejtin hekk kif xarabank li kienu fuqha waqgħet minn fuq flyover qrib il-belt ta’ Venezja fl-Italja.

Is-Sindku ta’ Venezja Luigi Brugnaro qal li dak li seħħ hija tragedja kbira. “Xeni ta’ apokalissi… Ma hemmx kliem kif tiddeskrivi dak li seħħ,” qal is-Sindku.

Jidher li wara li waqgħet ix-xarabank din spiċċat f’ballun tan-nar.

S’issa mhux magħrufa l-identità tal-vittmi għalkemm rapporti qalu li fuq ix-xarabank kien hemm grupp ta’ turisti.

Il-Prim Ministru Taljana ġiet informata b’dak li seħħ u tinsab f’kuntatt mal-awtoritajiet.

Din hija storja li għada qed tiżviluppa…

Ekonomija

Sport